IL-GWIDA TAL-

ĠBEJNA TAL-BENNA

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Ġbejna tal-Benna, din hija l-gwida għalik. Mill-istorja tal-ġobon tal-ġbejna, sa kif għandu jisserva, jissajjar u saħansitra ma’ xiex għandu jittiekel. Din il-gwida mhux biss se tkun informattiva iżda se tippermettilek tesplora riċetti li jiftħulek l-aptit u informazzjoni oħra relatata mal-ġbejna.

Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Ġbejna tal-Benna, din hija l-gwida għalik. Mill-istorja tal-ġobon tal-ġbejna, sa kif għandu jisserva, jissajjar u saħansitra ma’ xiex għandu jittiekel. Din il-gwida mhux biss se tkun informattiva iżda se tippermettilek tesplora riċetti li jiftħulek l-aptit u informazzjoni oħra relatata mal-ġbejna.

L-Oriġini tal-ġbejna tal-benna

Il-Ġbejna tal-Benna (plural ġbejniet) hija ġobon ta’ għamla żgħira magħmul fil-Gżejjer Maltin mill-ħalib tal-baqra, mill-melħ u mit-tames (rennet). Il-ħalib mill-baqar lokali wera li jipproduċi ħalib b’kontenut ta’ xaħam u proteina li huwa adattat ħafna għall-produzzjoni tal-ġobon.

Fl-1990 il-Ġbejna tal-Benna magħmula mill-ħalib tal-baqra ppasturizzat f’imballaġġ issiġillat bil-vakwu, bdiet tinbiegħ fis-suq. Din mill-ewwel kienet suċċess mal-konsumaturi lokali li kienu qed ifittxu prodott ta’ kwalità tajba u mingħajr riskju.

L-ISTORJA TAL-ĠBEJNIET

KIF ISSIR  IL-ĠBEJNA

Il-Ġbejna tal-Benna hija ġobon tradizzjonali Malti magħmul permezz ta’ ħalib li joriġina biss mill-baqar li jiġu mgħallfa lokalment. Matul il-produzzjoni, il-ħalib jiġi ppasturizzat, biex jitneħħew il-patoġeni, u kull ġbejna tgħaddi mill-fermentazzjoni u t-tnixxif.

Dak li jagħmel il-Ġbejna tal-Benna speċjali huwa l-uniċità tal-proċess tal-għalf u tal-ħlib tal-baqar li jista’ jsir biss f’Malta. Il-kompożizzjoni kimika tal-ħalib użat biex isir il-ġobon tiġi affettwata u pperfezzjonata mill-klima Mediterranja Maltija, mill-kwalità tal-ilma minn sorsi lokali, mit-tip ta’ għalf u mill-ħżin tal-ħalib. Dawn huma elementi kruċjali li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħalib tal-baqra Malti u fl-aħħar mill-aħħar għal dik tal-Ġbejna tal-Benna delizzjuża.

VARJAZZJONIJIET DIFFERENTI

Il-proċess tat-tnixxif fil-produzzjoni tal-ġbejna huwa dak li jipproduċi l-varjazzjoni aktar iebsa tal-ġbejna (ġbejna bżar, ħabaq, mħwara, bajda, sagħtar u kosbor) meta mqabbla mal-varjazzjoni friska u mhux imnixxfa li hija aktar ratba (ġbejna friska, ġbejna moxxa).

Ladarba l-ġbejniet jiġu prodotti, dawn jistgħu jiġu refriġerati biex jinbiegħu friski fi ftit jiem. Madankollu, jekk ikunu se jinbiegħu bħala ġbejniet niexfa, dawn jitħallew barra biex jinxfu, jiġu mxappa fil-ħall u jiġu mdawra fi ħwawar differenti.

Il-Ġbejna tal-Benna tista’ tiġi refriġerata għal 90 jum, f’temperatura ta’ massimu ta’ 8°C.

L-Aħjar Modi kif Tħejji u Sservi l-Ġbejna tal-Benna

Il-Ġbejna hija waħda mill-ġobniet klassiċi Maltin li tintuża b’mod kostanti fuq kwalunkwe bord tal-ġobon, pizza tradizzjonali, jew platt għaġin Mediterranju. Peress li l-Ġbejna tal-Benna tiġi f’varjetà ta’ ħwawar, hija ingredjent ferm versatili għal kwalunkwe platt.

Ftira, Insalati & Wraps

 

Il-Ftira hija ħobża tradizzjonali Maltija f’forma tonda magħmula mid-dqiq, l-ilma u l-melħ. Il-ftira Maltija tagħmel ikla sempliċi, ta’ malajr u delizzjuża, speċjalment meta tkun mimlija bl-ingredjenti friski t-tajba. Kwalunkwe waħda mill-Ġbejniet imħawra tal-Benna tkun żieda perfetta ma’ ftira.

L-insalata hija l-aktar platt frisk li wieħed jista’ jagħżel fix-xhur tas-sajf. Iżda l-insalata tkun friska biss jekk l-ingredjenti tagħha jkunu friski wkoll. Din hija r-raġuni għaliex il-Ġbejniet tal-Benna huma l-għażla ovvja meta tkun qed toħloq l-insalata unika tiegħek b’togħma tajba. Ikkombina kwalunkwe waħda mill-Ġbejniet imħawra tal-Benna ma’ prodotti lokali u friski għal ikla ta’ nofsinhar li tissodisfak.

Ir-wraps huma għażla oħra ta’ malajr u faċli iżda mhux neċessarjament għandhom ikunu bla togħma jew mhux apetitużi. Jekk iżżid ftit biċċiet ta’ Ġbejna tal-Benna mar-wrap tiegħek , dan se jtejjeb l-mili standard tar-wrap. Għal aktar togħma, poġġi r-wrap tiegħek taħt grilja tas-sandwiches.

 

On the Grill or Fried

 

Min f’Malta ma jkunx qed jistenna xi barbecue fi żmien is-Sajf! Il-Ġbejna tal-Benna hija ġobna li tissaporti iżjed is-sħana u ma ddubx mal-ewwel. Din il-karatteristika tagħmila perfetta għal ċertu riċetti bħal eżempju Ġbejniet imdawrin bil-Parma ham.

Il-Ġbejna tal-Benna hija wkoll topping eċċellenti għal burger bnina. Tejjeb il-burger tiegħek billi żżid biċċiet irqaq ta’ kwalunkwe ġbejna u spiċċa billi żżid is-sauces favoriti tiegħek.

Jekk għadek ma ppruvajtx il-ġbejna moqlija, ippruvaha issa! Li ttiehem il-parti ta barra tqarmeċ biex imbagħad issib saff ta’ ġobon artab u mielaħ hija esperjenza li wieħed m’għandux jitlef. Aħseb fil-‘Mozzarella Sticks’ iżda b’togħma aktar intensa. Din tista’ tiġi servuta ma’ chutney ħelu jew mayo kremuż.

Sopop u platti oħrajn

 

Il-Ġbejniet tal-Benna huma idejali biex jintużaw bħala ingredjent biex tagħmel ir-riċetti tiegħek iktar awtentiċi u ġenwini.

Żid il-Ġbejna Friska jew Ġbejna Moxxa mas-soppa tal-armla, ful bil-kusksu jew sopop klassiċi oħrajn.

Kemm il-Ġbejniet nixfien u kemm dawk li huma iżjed rotob jistgħu jitqattaw jew jitfarku ma xi dixx koxox tat-tiġieġ fil-forn, risotto ħafif jew platt għaġin li jkun u anke ma xi torti tal-ikel.

Bords tal-Ġobon

 

Il-mod klassiku ta’ kif tisserva l-Ġbejna tal-Benna huwa fuq bord b’għażla ta’ ġobniet oħra, slajsis kesħin ta’ laħam imsajjar, ġewż, xi frott imnixxef, u krekers lokali tal-ilma (Galletti). Oħloq il-bord tal-ġobon perfett tiegħek billi tordna għażla ta’ ġobon minn dak mhux qawwi sal-aktar qawwi. Dan jagħti lill-mistiedna tiegħek varjetà wiesgħa ta’ togħmiet.

Jistgħu jitħejjew ukoll bords veġetarjani, u dan jista’ jsir billi sempliċiment telimina s-slajsis kesħin ta’ laħam imsajjar u minflok tqiegħed xi ċiċri mixwija, żebbuġ misjur u varjetà ta’ ġewż.

SEGWI XI RIĊETTI MINN TAGĦNA

Ġbejna moqlija bl-insalata

Tiġieġa l-forn bil-ġbejniet

Ġbejniet imdawrin bil-parma ham

Ġbejna grilljata bil-ħaxix