IL-GWIDA TAL-
ĠBEJNA TAL-BENNA
Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Ġbejna tal-Benna, din hija l-gwida għalik. Mill-istorja tal-ġobon tal-ġbejna, sa kif għandu jisserva, jissajjar u saħansitra ma’ xiex għandu jittiekel. Din il-gwida mhux biss se tkun informattiva iżda se tippermettilek tesplora riċetti li jiftħulek l-aptit u informazzjoni oħra relatata mal-ġbejna.
Jekk trid tkun taf aktar dwar il-Ġbejna tal-Benna, din hija l-gwida għalik. Mill-istorja tal-ġobon tal-ġbejna, sa kif għandu jisserva, jissajjar u saħansitra ma’ xiex għandu jittiekel. Din il-gwida mhux biss se tkun informattiva iżda se tippermettilek tesplora riċetti li jiftħulek l-aptit u informazzjoni oħra relatata mal-ġbejna.
L-Oriġini tal-ġbejna tal-benna
Il-Ġbejna tal-Benna (plural ġbejniet) hija ġobon ta’ għamla żgħira magħmul fil-Gżejjer Maltin mill-ħalib tal-baqra, mill-melħ u mit-tames (rennet). Il-ħalib mill-baqar lokali wera li jipproduċi ħalib b’kontenut ta’ xaħam u proteina li huwa adattat ħafna għall-produzzjoni tal-ġobon.
Fl-1990 il-Ġbejna tal-Benna magħmula mill-ħalib tal-baqra ppasturizzat f’imballaġġ issiġillat bil-vakwu, bdiet tinbiegħ fis-suq. Din mill-ewwel kienet suċċess mal-konsumaturi lokali li kienu qed ifittxu prodott ta’ kwalità tajba u mingħajr riskju.
L-ISTORJA TAL-ĠBEJNIET
KIF ISSIR IL-ĠBEJNA
Il-Ġbejna tal-Benna hija ġobon tradizzjonali Malti magħmul permezz ta’ ħalib li joriġina biss mill-baqar li jiġu mgħallfa lokalment. Matul il-produzzjoni, il-ħalib jiġi ppasturizzat, biex jitneħħew il-patoġeni, u kull ġbejna tgħaddi mill-fermentazzjoni u t-tnixxif.
Dak li jagħmel il-Ġbejna tal-Benna speċjali huwa l-uniċità tal-proċess tal-għalf u tal-ħlib tal-baqar li jista’ jsir biss f’Malta. Il-kompożizzjoni kimika tal-ħalib użat biex isir il-ġobon tiġi affettwata u pperfezzjonata mill-klima Mediterranja Maltija, mill-kwalità tal-ilma minn sorsi lokali, mit-tip ta’ għalf u mill-ħżin tal-ħalib. Dawn huma elementi kruċjali li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-ħalib tal-baqra Malti u fl-aħħar mill-aħħar għal dik tal-Ġbejna tal-Benna delizzjuża.
VARJAZZJONIJIET DIFFERENTI
Il-proċess tat-tnixxif fil-produzzjoni tal-ġbejna huwa dak li jipproduċi l-varjazzjoni aktar iebsa tal-ġbejna (ġbejna bżar, ħabaq, mħwara, bajda, sagħtar u kosbor) meta mqabbla mal-varjazzjoni friska u mhux imnixxfa li hija aktar ratba (ġbejna friska, ġbejna moxxa).
Ladarba l-ġbejniet jiġu prodotti, dawn jistgħu jiġu refriġerati biex jinbiegħu friski fi ftit jiem. Madankollu, jekk ikunu se jinbiegħu bħala ġbejniet niexfa, dawn jitħallew barra biex jinxfu, jiġu mxappa fil-ħall u jiġu mdawra fi ħwawar differenti.
Il-Ġbejna tal-Benna tista’ tiġi refriġerata għal 90 jum, f’temperatura ta’ massimu ta’ 8°C.
Ġbejna tal-Bżar
Ġbejna Bajda
Ġbejna Mħawra
Ġbejna tal-Ħabaq
Ġbejna Sagħtar u Kosbor
L-Aħjar Modi kif Tħejji u Sservi l-Ġbejna tal-Benna
Il-Ġbejna hija waħda mill-ġobniet klassiċi Maltin li tintuża b’mod kostanti fuq kwalunkwe bord tal-ġobon, pizza tradizzjonali, jew platt għaġin Mediterranju. Peress li l-Ġbejna tal-Benna tiġi f’varjetà ta’ ħwawar, hija ingredjent ferm versatili għal kwalunkwe platt.
SEGWI XI RIĊETTI MINN TAGĦNA